Jiġu organizzati żewġ tipi ta’ kompetizzjonijiet: Kull Xahar u Biennali. Dawn il-kompetizzjonijiet jippremjaw lill-parteċipanti għall-impenn tagħhom biex jitgħallmu lingwa bl-OLS. Il-parteċipanti kollha li jkunu mistiedna jaċċessaw il-pjattaforma għal kors fil-lingwa OLS huma eliġibbli.
Il-parteċipanti tal-mobilità li jistudjaw l-Olandiż, l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan, l-Ispanjol jew il-Portugiż jirċievu emails relatati mal-kompetizzjoni fil-lingwa tal-mobilità tagħhom. Parteċipanti li qed jistudjaw lingwa oħra jirċievu verżjonijiet bl-Ingliż.
Kompetizzjoni ta’ Kull Xahar
Il-kompetizzjonijiet ta’ kull xahar jitħabbru fl-aħħar tax-xahar. Dawk li jkunu eliġibbli jirċievu email li tinformahom li jeħtieġu jqattgħu minimu ta’ 5 sigħat fuq il-pjattaforma OLS sabiex jipparteċipaw.
Ġimgħa wara, tintbagħat mistoqsija sussidjarja lil dawk kollha li jkunu qattgħu 5 sigħat fuq il-pjattaforma OLS matul ix-xahar preċedenti. Ir-riċevituri jeħtieġu li jwieġbu sabiex jieħdu sehem fil-kompetizzjoni ta’ kull xahar. Utenti li ma jkunux qattgħu tal-anqas 5 sigħat fuq il-pjattaforma matul ix-xahar preċedenti ma jirċevux il-mistoqsija sussidjarja.
Fl-aħħar tax-xahar, jiġu magħżula 20 rebbieħ u jingħataw voucher ta’ €50.
Kompetizzjoni Biennali
Il-parteċipanti tal-Kompetizzjoni Biennali jridu jqattgħu minimu ta’ 7 sigħat fuq il-pjattaforma OLS. Il-parteċipanti jridu jwettqu wkoll attività addizzjonali, bħal li jibagħtu ritratt jew vidjo. Ir-rebbieħ/a tal-ewwel premju jingħata/tingħata voucher ta’ €500 u 19-il runner-up jingħataw voucher ta’ €300.
Ma ssirx il-Kompetizzjoni ta’ Kull Xahar meta tkun se ssir il-Kompetizzjoni Biennali.