Wara li l-proġett tiegħek ikun ġie vvalidat mill-Aġenzija Nazzjonali tiegħek, tirċievi ittra elettronika awtomatika ta’ stedina bil-kredenzjali għall-aċċess tas-Sistema tal-Ġestjoni tal-Liċenzja tal-OLS. Meta l-AN tiegħek tivvalida l-proġett tiegħek, hija ddaħħal id-data tiegħek fl-ErasmusPlusLink, u mbagħad din tiġi integrata manwalment fl-OLS. Din l-operazzjoni aħħarija tiġġenera ittra elettronika awtomatika bil-kredenzjali għall-aċċess u tistiednek taqbad mas-Sistema tal-Ġestjoni tal-Liċenzja tal-OLS tiegħek.
Nissuġġerulek tiċċekkja jekk din l-ittra elettronika tkunx daħlet fil-folder tal-posta mhux mixtieqa (spam) tal-istituzzjoni/organizzazzjoni tiegħek.
F’każ li ma tkunx tista’ ssibha, ikklikkja fuq il-ħolqa “Insejt il-password tiegħek” biex tikseb oħra ġdida. Minbarra dan, tista’ taqbad mal-Aġenzija Nazzjonali biex tivverifika li l-proġett tiegħek tassew ġie vvalidat.
Fl-aħħar nett, jekk xorta għadek ma rċevejtx l-ittra elettronika, iċċekkja mad-dipartiment tal-IT tiegħek li l-indirizzi elettroniċi support@erasmusplusols.eu u no-reply@erasmusplusols.eu huma inklużi fil-‘whitelist’ tal-indirizzi affidabbli biex tiżgura li l-messaġġi jaslu kif jixraq u ma jidħlulekx fil-posta mhux mixtieqa tiegħek.