Qabel ma tkun tista’ taċċessa l-valutazzjonijiet u l-korsijiet fil-lingwa OLS, l-ewwel trid tattiva l-kont tal-utent tiegħek tal-OLS. Biex tagħmel dan, jekk jogħġbok segwi l-ħolqa mogħtija fl-ittra elettronika ta’ stedina flimkien mal-kredenzjali tal-login tiegħek.
Ladarba tattiva l-kont OLS tiegħek, mur fil-URL li ġej biex taċċessa l-paġna ewlenija tal-OLS: http://erasmusplusols.eu. Biex taċċessa l-paġna tal-login, ikklikkja fuq il-buttuna “Login” (fir-rokna leminija ta’ fuq tal-paġna) u daħħal il-kredenzjali tal-login li rċevejt elettronikament.