Gwida tal-utent
tal-valutazzjoni tal-lingwa
Tgħallem il-Lingwi bl-OLS
- Introduzzjoni
- Aċċessa u lloggja fis-sit tal-OLS
- Lesti l-profil OLS tiegħek
- Lesti l-Profil Tiegħek tal-Mobilità OLS
- Aċċessa l-valutazzjoni tal-lingwa OLS
- Agħmel il-valutazzjoni tal-lingwa OLS
- Riżultati tal-Valutazzjoni tal-Lingwa
- Appoġġ
Introduzzjoni
Merħba fil-l-gwida tal-utent tal-valutazzjoni tal-lingwa OLS!
F’dan id-dokument, inti tiskopri kif tidħol, tagħmel il-valutazzjonijiet tal-lingwa, u tirċievi r-riżultati tiegħek fuq il-pjattaforma OLS. Din il-gwida tgħinek tiżgura li r-riżultati tal-valutazzjoni tal-lingwa tiegħek jirriflettu l-livell fil-lingwa li se tuża għax-xogħol jew fl-istudji matul il-perjodu ta’ mobilità tiegħek.
Aċċessa u lloggja fis-sit tal-OLS
Qabel tkun tista’ taċċessa l-valutazzjonijiet tal-lingwa OLS, teħtieġ tattiva l-kont tal-utent tiegħek. Suppost li rċevejt ittra elettronika awtomatika ta’ stedina b’link. Ikklikkja fuq din il-link biex tattiva l-kont tiegħek. Sempliċiment segwi l-ħolqa mogħtija elettronikament biex tattiva l-kont tiegħek, imbagħad ikkonnettja permezz ta’ https://app.erasmusplusols.eu/mt.
Jekk insejt il-password tiegħek, ikklikkja fuq il-ħolqa “Insejt il-password tiegħek?”.
Lesti l-profil OLS tiegħek
Ladarba tkun illoggjajt, tintalab teditja l-profil tiegħek u timlieh bl-informazzjoni personali tiegħek. L- oqsma mmarkati b’asteriska ħamra * huma obbligatorji.
Jekk tixtieq timmodifika l-password, imla l-“Password Ġdida” u mbagħad ikkonfermaha bil-“Konferma tal-Password il-Ġdida”.
Qabel ma tikklikkja "Issejvja l-modifiki" aqra bir-reqq l-‘Avviż Legali' dwar il-protezzjoni tad-data. Trid taċċetta t-termini dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza tad-data qabel ma tissejvja l-profil tiegħek, inkella ma tkunx tista’ tipproċedi.
Ladarba tlesti l-profil tiegħek, ikklikkja fuq “Issejvja dawn il-modifiki” biex tkompli.
Lesti l-Profil Tiegħek tal-Mobilità OLS
Ladarba tlesti l-profil personali tiegħek, tintalab teditja l-profil tiegħek aktar billi timla xi dettalji dwar il-mobilità ta’ Erasmus+ jew tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà tiegħek. L-oqsma mmarkati b’asteriska ħamra * huma obbligatorji.
Il-valutazzjoni tal-lingwa li se tagħmel, indikata taħt it-tikketta “Lingwa li se tiġi vvalutata”, ġiet magħżula mill-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek bħala l-lingwa ewlenija ta’ tagħlim jew tax- xogħol għall-perjodu ta’ mobilità tiegħek. Ma tistax timmodifika dan il-qasam. Jekk taħseb li din il- lingwa hija ħażina, tkomplix timla l-profil tiegħek u kkuntattja lill-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek.
Barra dan, teħtieġ taġġorna d-dati tal-perjodu tal-mobilità tiegħek. Id-dati stmati ta’ mobilità huma importanti għax jiddeterminaw id-data tat-tieni valutazzjoni tal-lingwa tiegħek. Jekk j og ħġ bok oqg ħod attent/ a g ħad-data tar-ritorn u nnota li l-mobi l i tà ti eg ħek ma ti s tax taqbeż i t -13-il xahar.
Jekk jogħġbok daħħal ukoll iż-żona tal-ħin li fiha se tkun qed tistudja jew taħdem waqt il-mobilità tiegħek. Iż-żona tal-ħin tiegħek tista’ ssir aktar importanti fi stadju ulterjuri għall-attivitajiet ta’ tagħlim privat disponibbli fuq il-pjattaforma (jekk tintgħażel mill-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek biex tattendi il-kors elettroniku fil-lingwa OLS).
Ladarba tlesti l-profil tal-mobilità tiegħek, tiġi mistieden/mistiedna tieħu sehem f'mobilità ġdida. Ikklikkja fuq "żid mobilità" biex iżżid din il-mobilità mal-kont OLS tiegħek.
Imbagħad tingħata l-possibbiltà li ssegwi kors fil-lingwa OLS fil-lingwa(i) lokali tal-pajjiż destinatarju tiegħek.
Jekk jogħġbok innota li l-lingwa lokali għandha x'taqsam biss mal-korsijiet fil-lingwa, u mhux il-valutazzjoni tal-lingwa. Għaldaqstant, il-valutazzjoni finali tal-lingwa tiegħek se tkun fl-istess lingwa bħall-ewwel valutazzjoni tal-lingwa tiegħek peress li din hija l-lingwa ewlenija tiegħek għat-tagħlim/xogħol.
Jekk jogħġbok innota li trid tlesti l-profil tiegħek kif ukoll il-profil ta’ mobilità tiegħek qabel ma tibda l- valutazzjoni tal-lingwa.
Aċċessa l-valutazzjoni tal-lingwa OLS
Meta tlesti l-profili tiegħek, tara xi informazzjoni li tintroduċi l-valutazzjoni tal-lingwa. Jekk ikollok bżonn timmodifika ulterjorment il-profil personali tiegħek f’dan l-istadju, ikklikkja fuq "Editja l-profil tiegħi", fir-rokna tax-xellug, fuq nett tal-iskrin.
Jista’ jkun li ssib diversi kaxxi tal-mobilità fuq din il-paġna (skont jekk għandekx mobilitajiet multipli). Il-kaxxi tal-mobilità huma organizzati kronoloġikament minn dik l-aktar riċenti għall-eqdem waħda. Tista’ teditja l-profil tal-mobilità tiegħek permezz tal-ikona tal-marka tal-lemin ta’ fuq nett .
Hemm għadd ta’ buttuni differenti fil-paġna ta’ merħba:
- Meta tikklikkja fuq “Biex nibda l-ewwel valutazzjoni tal-lingwa tiegħi” fil-kaxxa tal-mobilità tiegħek, tista’ tibda l-ewwel valutazzjoni tiegħek.
- Wara li tagħmel l-ewwel valutazzjoni tal-lingwa tiegħek, ir-riżultati jintwerew fuq in-naħa tax- xellug tal-kaxxa tal-mobilità tiegħek. Meta tikklikkja fuq “Riżultati”, issib analiżi aktar dettaljata dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-lingwa tiegħek.
- Fuq in-naħa tal-lemin tal-kaxxa tal-mobilità tiegħek, tista’ ssib notifika li tgħidlek meta se tkun disponibbli l-valutazzjoni finali tal-lingwa tiegħek. Malli tkun disponibbli, tkun tista’ tibdieha billi tikklikkja l-buttuna bit-tikketta “Ibda l-valutazzjoni finali tal-lingwa tiegħi”. Fit-tmiem tal-perjodu tal-mobilità tiegħek, tintalab tlesti din il-valutazzjoni finali tal-lingwa biex tiċċekkja l-progress magħmul fil-kompetenza tal-lingwa tiegħek matul iż-żjara tiegħek barra mill-pajjiż. Ma hemm ebda differenza bejn l-ewwel valutazzjoni tal-lingwa OLS (qabel il-mobilità) u l-valutazzjoni finali tal-lingwa OLS (fl-aħħar tal-mobilità tiegħek), madanakollu il-mistoqsijiet jistgħu jkunu differenti għax il- valutazzjoni tadatta b’modi differenti. Billi ż-żewġ valutazzjonijiet huma bbażati fuq l-istess metodoloġija, it-titjib tiegħek fil-ħiliet tal-lingwa jista’ jitkejjel matul il-perjodu ta’ mobilità tiegħek.
- Fi tmiem il-perjodu ta’ mobilità tiegħek (kif indikat fil-kaxxa tal-mobilità tiegħek), tista’ taċċessa r-rekord tal-parteċipazzjoni tiegħek billi tikklikkja fuq “Ir-rekord tal-parteċipazzjoni tiegħi”.
Is-sistema tittestja l-konfigurazzjoni tal-awdjo tiegħek. Ikklikkja fuq "Ikklikkja biex tisma’" ħalli tiċċekkja li tista’ tisma’ l-ħoss mill-loudspeaker jew il-headphones tiegħek. (Jekk jogħġbok żgura li l-ispeakers huma mixgħulin).
Ikklikkja fuq "Iva" jekk it-test tal-ħoss ħadem. F’każ li t-test tal-awdjo ma rnexxiex għandek tikklikkja fuq "Le" u jidher messaġġ ieħor li jinkludi lista ta’ azzjonijiet li għandek tieħu biex tikkonfigura l- awdjo.
Wara li tikklikkja fuq "Iva" u mbagħad fuq "kompli", tkun tista’ tibda l-valutazzjoni tal-lingwa tiegħek.
Agħmel il-valutazzjoni tal-lingwa OLS
Il-ħin medju biex titlesta l-valutazzjoni huwa ta’ madwar 30 u 35 minuta. Madankollu, ma hemm l- ebda limitu tal-ħin u tista’ ddum kemm trid biex tlesti dan il-valutazzjoni.
Dawn it-taqsimiet differenti tat-test għandhom l-għan li jevalwaw il-kompetenza komunikattiva tiegħek kif ukoll il-ħiliet grammatikali, lessikali u ortografiċi tiegħek.
Jekk ikollok tieqaf mill-valutazzjoni tal-lingwa fi kwalunkwe ħin, jew jekk ikollok xi problema teknika waqt li qed tagħmel it-test, tkun tista’ terġa’ tibda mit-taqsima li kont fiha qabel. Żomm f’moħħok li meta tagħżel tweġiba u tikklikkja fuq "kompli", ma tkunx tista’ tmur lura fuq il-mistoqsija preċedenti. Jekk ma tafx it-tweġiba ta’ xi mistoqsija, ikklikkja fuq “kompli” biex tibqa’ għaddej bil-valutazzjoni tiegħek mingħajr ma tagħżel tweġiba.
Grammatika
L-ewwel taqsima tevalwa l-kompetenza grammatikali tiegħek. Din it-taqsima tal-grammatika tinkludi żewġ tipi ta’ eżerċizzji: għażla multipla u mistoqsijiet biex timla l-vojt, u fiha 20 mistoqsija.
L-eżempju t’hawn taħt juri eżerċizzju ta’ mistoqsija b’għażla multipla fejn trid tagħmel l-għażla t-tajba minn lista ta’ termini billi tikklikkja fuq iċ-ċirku ż-żgħir ħdejn kull għażla. Imbagħad, agħfas fuq "kompli" biex tmur għall-mistoqsija li jmiss.
Fir-rokna tal-lemin, fuq nett tal-iskrin, tista’ tara l-livell tad-diffikultà ta’ kull mistoqsija: dan jiżdied jew jonqos fil-kumplessità biex jadatta għal-livell tal-lingwa tiegħek. Is-sistema tibda, b’default, b’mistoqsija ta’ livell A2 (CEFR). F’qiegħ il-paġna, tista’ tiċċekkja l-progress tal-valutazzjoni tiegħek. Kull ċellula mimlija tindika n-numru ta’ mistoqsijiet li weġibt, filwaqt li l-istrixxa tal-progress turi l-4 taqsimiet li trid timla biex tlesti l-valutazzjoni tiegħek.
Vokabularju
It-tieni taqsima tevalwa l-kompetenza lessikali tiegħek u tikkonsisti fi 15-il mistoqsija. Bħat-taqsima preċedenti, trid twieġeb mistoqsijiet ta’ għażla multipla u mistoqsijiet fejn timla l-vojt, billi tagħżel il- kelma/kliem (nom, aġġettiv, verb, pronom, jew prepożizzjoni), il-frażi jew l-espressjoni t-tajba fil- kuntest mogħti.
Komprensjoni tas-smigħ
It-tielet taqsima, li tikkonsisti f’10 mistoqsijiet, tevalwa l-ħiliet tal-komprensjoni tas-smigħ tiegħek. Kull mistoqsija hija bbażata fuq estratt tal-awdjo. Tista’ tiċċekkja l-kwalità tal-awdjo fuq it-tagħmir tiegħek billi tikklikkja fuq l-ikona tal-ispeaker fuq in-naħa tal-lemin tal-iskrin introduttorju. Biex tisma’ s-silta, ikklikkja fuq l-ispeaker. Tkun tista’ tisma’ kull estratt tal-awdjo għal massimu ta’ 2 darbiet.
Nagħtuk parir taqra tal-anqas darba l-mistoqsijiet u l-mistoqsijiet possibbli qabel tisma’ l-estratt tal- awdjo. Kull mistoqsija hija għażla multipla bbażat fuq djalogu jew monologu qasir. Pereżempju, it- traskrizzjoni għall-mistoqsija t’hawn taħt hija: “Kelliem: Jim, kemm tqatta’ ħin fuq il-kompjuter kuljum? – Jim: normalment 4 sigħat matul il-ġimgħa iżda ma naħdimx fuqu fi tmiem il-ġimgħa”:
Inkella sempliċiment tidentifika kelma jew frażi użata fid-djalogu kif muri fiż-żewġ ritratti tal-iskrin t’hawn taħt:
Tista’ wkoll tintalab tidentifka l-kuntest komunikattiv ta’ konverżazzjoni, indikat b’sensiela ta’ elementi (it-ton taċ-ċempil (dialling), it-tip ta’ lingwa użata: “Charles jitkellem”, eċċ.):
Komprensjoni tal-Qari
It-taqsima finali, li tikkonsisti f’10 mistoqsijiet, tevalwa l-kapaċità tiegħek li tifhem test miktub. It-tip ta’ test preżentat jiddependi fuq il-livell tad-diffikultà tal-mistoqsija, u jistgħu jinkludu estratti minn artikli ta’ gazzetti, reklami, ittri, posta elettronika jew passaġġi letterarji.
Riżultati tal-Valutazzjoni tal-Lingwa
Wara li tlesti l-erba’ (4) taqsimiet kollha tal-valutazzjoni, tingħata analiżi dettaljata tal-prestazzjoni tiegħek, kif muri f’din il-paġna tar-riżultat hawn taħt:
Il-parti ta’ fuq tal-iskrin, fuq in-naħa tax-xellug, tindika l-livell ġenerali tal-lingwa tiegħek skont is-CEFR, flimkien ma’ deskrizzjoni qasira tal-livell miksub. L-illustrazzjoni fuq in-naħa tal-lemin tindika fejn qiegħed/qiegħda bħalissa fil-vjaġġ tat-tagħlim tal-lingwa tiegħek.
Fin-nofs tal-paġna, tista’ tara feedback aktar dettaljat għal kull kompetenza tal-lingwa.
Meta tikklikkja fuq "Issejvja u pprintja r-rapport tal-evalwazzjoni tiegħek" tkun tista’ tipprintja ritratt tal-iskrin tar-riżultati tal-valutazzjoni tiegħek.
Tkun tista’ tniżżel ukoll fajl PDF bir-riżultati tiegħek fil-paġna ta’ merħba billi tikklikkja fuq il-buttuna “Ir-riżultati tal-ewwel valutazzjoni tal-lingwa tiegħi”, li tinsab fuq nett tal-paġna. Żomm f’moħħok li ma tistax tirrepeti l-valutazzjoni tal-lingwa tiegħek meta tlestiha u tirċievi r-riżultati. Din tista’ tkun opportunità tajba biex tibbenefika bl-aħjar mod mill-valutazzjoni tiegħek. Nirrakkomandawlek taġġorna s-CV tiegħek bil-livell tal-lingwa riċenti tiegħek.
Huma biss inti u l-istituzzjoni/organizzazzjoni inkarigata mill-għażla tiegħek jew li qed tikkoordina l-proġett ta' volontarjat tiegħek li tirċievu r-riżultati tal-valutazzjoni tal-lingwa tiegħek. Fil-każ ta’ studenti tal- Edukazzjoni Ogħla u dawk li qed jitħarrġu, ir-riżultati ma jintbagħtulhomx lill- istituzzjoni/organizzazzjoni riċeventi. Fil-każ tal-voluntiera tal-Erasmus+, ir-riżultati ma jintbagħtux lil organizzazzjoni(jiet) oħra fil-proġett.
Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-lingwa OLS ma jimpedixxu lil ħadd milli jieħu sehem fil- programmi ta’ mobilità tal-Erasmus+ jew tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Ir-riżultati jistgħu jintużaw minn istituzzjoni/organizzazzjoni koordinatriċi mittenti biex tidentifika l-parteċipanti li għandhom l-aktar bżonn ta’ appoġġ lingwistiku.
Fit-tmiem tal-perjodu tal-mobilità tal-Erasmus+ jew tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà tiegħek, tintalab tlesti valutazzjoni tal-lingwa oħra biex tiċċekkja l-progress magħmul fil-kompetenza tal-lingwa matul iż-żjara tiegħek barra mill-pajjiż. Fil-paġna ta’ merħba tiegħek, issib notifika li tinfurmak meta se tkun disponibbli l-valutazzjoni finali tal-lingwa tiegħek.
Ladarba tkun disponibbli, tkun tista’ tibdieha billi tikklikkja l-buttuna “Ibda l-valutazzjoni finali tal- lingwa tiegħi” fuq nett tal-paġna ewlenija tiegħek. Ma hemm ebda differenza bejn l-ewwel valutazzjoni tal-lingwa OLS (qabel il-mobilità) u l-valutazzjoni finali tal-lingwa OLS (fl-aħħar tal-mobilità tiegħek), madanakollu il-mistoqsijiet jistgħu jkunu differenti għax il-valutazzjoni hija adattiva. Billi ż-żewġ valutazzjonijiet huma bbażati fuq l-istess metodoloġija, it-titjib li għamilt matul il-perjodu ta’ mobilità tiegħek jista’ jitkejjel.
Tista’ tniżżel il-fajl PDF tar-riżultati tal-valutazzjoni finali tal-lingwa tiegħek billi tikklikkja fuq il-buttuna “Ir-riżultati tal-valutazzjoni finali tal-lingwa tiegħi”, li tinsab fil-paġna ta’ merħba tiegħek.
Ma hemm ebda riperkussjoni negattiva jekk il-livell tal-lingwa tiegħek ma jinbidilx matul il-programm ta’ mobilità tiegħek tal-Erasmus+ jew tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.
Il-Kummissjoni Ewropea tista’ tuża data aggregata mir-riżultati tal-valutazzjoni tal-lingwa għal skopijiet ta’ statistika.
Appoġġ
Jekk tiltaqa’ ma’ xi problema waqt li tkun qed tagħmel il-valutazzjoni tal-lingwa, ikkuntattja lit-tim tal- appoġġ tekniku tagħna billi tikklikkja fuq “Irrapporta problema” fir-rokna tal-lemin ta’ fuq nett, meta trid, matul il-valutazzjoni tal-lingwa. Jekk tiltaqa’ ma’ xi problemi waqt li tkun qed tagħmel il-valutazzjoni tal-lingwa tiegħek fuq l-app OLS, jekk jogħġbok waqqaf il-valutazzjoni u kkuntattja lit-tim tal-appoġġ tekniku tagħna billi tikklikkja fuq “Irrapporta problema”.
Nawgurawlek għall-valutazzjoni tal-lingwa OLS tiegħek!