M’hemm l-ebda differenza bejn l-ewwel (qabel il-perjodu ta’ mobilità) u l-aħħar (mar-ritorn mill-attività ta’ mobilità) valutazzjoni tal-lingwa tal-OLS. Madankollu, il-valutazzjoni tadatta faċilment u għaldaqstant il-mistoqsijiet jistgħu jkunu differenti. Billi ż-żewġ valutazzjonijiet huma bbażati fuq l-istess prinċipji, huwa possibbli li t-titjib tal-ħiliet fil-lingwa tiegħek jitkejjel matul il-perjodu ta’ mobilità.
Jekk jogħġbok innota li jekk tikseb punteġġ ta' C2 fl-evalwazzjoni tal-ewwel lingwa tiegħek, ma jkollokx għalfejn tagħmel evalwazzjoni finali. Għaldaqstant ma tirċevix stedina għal evalwazzjoni finali.