L-aċċess għall-valutazzjoni tal-lingwa huwa pprovdut mill-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek fil-lingwa ewlenija tiegħek għat-tagħlim, ix-xogħol jew il-volontarjat (lingwa tat-tagħlim).
Jekk hemm żball fil-lingwa tat-tagħlim assenjata lilek, jew jekk tixtieq tibdilha, nissuġġerulek tikkuntattja lill-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek, preċiżament, lill-Koordinatur OLS tiegħek.
Hija biss l-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek li tista’ tibdel din il-lingwa. Biex tagħmel dan trid tirċievi l-kodiċijiet il-ġodda għall-aċċess ħalli tkun tista’ tagħmel il-valutazzjoni tal-lingwa fil-lingwa approvata mill-Koordinatur OLS tiegħek.