Studenti f’edukazzjoni ogħla
Il-valutazzjoni tal-lingwa OLS hija obbligatorja u prerekwiżit għall-istudenti kollha fl-Edukazzjoni Ogħla minn Pajjiżi tal-Programm li jkunu sejrin fuq mobilità tal-Erasmus+ jew tal-Korp Ewropew ta' Soldarjetà għal studji jew skemi ta' taħriġ f’Pajjiż tal-Programm ieħor, u li għandhom waħda mil-lingwi li ġejjin bħala l-lingwa ewlenija tat-tagħlim jew tax-xogħol (għajr il-kelliema nattivi).
Il-valutazzjoni tal-lingwa OLS hija obbligatorja u prerekwiżit għall-istudenti kollha fl-Edukazzjoni Ogħla minn Pajjiżi tal-Programm li jkunu sejrin fuq mobilità tal-Erasmus+ jew tal-Korp Ewropew ta' Soldarjetà għal studji jew skemi ta' taħriġ f’Pajjiż tal-Programm ieħor, u li għandhom waħda mil-lingwi li ġejjin bħala l-lingwa ewlenija tat-tagħlim jew tax-xogħol (għajr il-kelliema nattivi). L-ewwel valutazzjoni tal-lingwa trid issir qabel il-perjodu ta’ mobilità u l-valutazzjoni finali tal-lingwa trid issir fi tmiem il-perjodu ta’ mobilità.
Jekk int student/a tal-Edukazzjoni Għolja li diġà ntgħażilt għall-mobilità tal-Erasmus+ jew tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà b'waħda minn dawn t'hawn fuq bħala l-lingwa ewlenija tal-mobilità, l-istituzzjoni mittenti tal-Edukazzjoni Għolja tagħtik aċċess għall-OLS biex tagħmel valutazzjoni tal-lingwa. F’dan il-każ, tirċievi ittra elettronika b’login u password biex taċċessa l-OLS. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-istituzzjoni mittenti tal-Edukazzjoni Għolja tiegħek (il-koordinatur tiegħek).
Volontiera tal-Erasmus+
Il-valutazzjoni tal-lingwa OLS hija obbligatorja għall-volontiera kollha tal-Erasmus+ li jiedħu sehem f'perjodi ta’ mobilità ta’ mill-inqas xahrejn, u li għandhom waħda mil-lingwi li ġejjin bħala l-lingwa ewlenija tax-xogħol (għajr il-kelliema nattivi). Sabiex il-volontiera tal-Erasmus+ fit-tul jiksbu aċċess għall-OLS, iridu jitolbu appoġġ lingwistiku fil-formola tal-applikazzjoni tal-proġett.
Il-volontiera tal-Erasmus+ li jieħdu sehem fil-proġetti jirċievu login u password mill-organizzazzjoni koordinatriċi tal-proġett biex jaċċessaw il-pjattaforma.
Studenti tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ETV)
Minn Ġunju 2015, il-valutazzjoni tal-lingwa OLS saret obbligatorja għall-istudenti ETV kollha li jiedħu sehem f'mobilità li għandha waħda mil-lingwi li ġejjin bħala l-lingwa ewlenija tax-xogħol (għajr il-kelliema nattivi).