Il-liċenzji għall-użu tal-OLS jiskadu meta ma tkunx attivajthom fiż-żmien indikat mill-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni mittenti tiegħek. Dan ifisser li, wara ċerta data, ma tkunx tista’ taċċessa aktar l-OLS biex tagħmel il-valutazzjoni tal-lingwa jew il-kors fil-lingwa tiegħek. Din id-data hija ssettjata mill-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni mittenti u tkun indikata fl-ittra elettronika ta’ stedina li tirċievi.
Il-korsijiet fil-lingwa tista’ taċċesshom matul iż-żmien tal-mobilità tiegħek, iżda trid tattiva l-liċenzja tiegħek fi żmien xahar minn meta tirċievi l-istedina. Jiġifieri, pereżempju, jekk tmur għal perjodu ta’ mobilità għal sitt xhur, jeħtieġ li taċċessa l-kors fil-lingwa fi żmien xahar wara li tirċievi l-istedina. Imbagħad ikollok aċċess għall-kors fil-lingwa OLS matul il-perjodu ta’ mobilità tiegħek (eż. sitt xhur), mill-attivazzjoni tal-liċenzja - għalhekk għal sitt xhur mill-ewwel aċċess għall-kors fil-lingwa tiegħek.