L-ittra elettronika ta’ stedina għall-valutazzjoni finali tal-lingwa tintbagħat awtomatikament mis-sistema tal-OLS fil-15 jew fis-16 tax-xahar ta’ tmiem il-perjodu ta’ mobilità tiegħek, kif għandek indikat fil-profil tiegħek.
Jekk jogħġbok idħol mill-ewwel fil-kont tiegħek (bil-login u l-password tiegħek) u ċċekkja li d-dati tal-bidu u ta’ tmiem il-perjodu ta’ mobilità huma mdaħħlin tajjeb fil-profil tiegħek. Ikkorreġihom jekk meħtieġ.
Jekk jogħġbok innota li jekk tikseb punteġġ ta' C2 fl-evalwazzjoni tal-ewwel lingwa tiegħek, ma jkollokx għalfejn tagħmel evalwazzjoni finali. Għaldaqstant ma tirċevix stedina għal evalwazzjoni finali.