Il-valutazzjoni tal-lingwa OLS (l-ewwel valutazzjoni ssir qabel il-mobilità u l-valutazzjoni finali ssir fi tmiem il-mobilità) hija obbligatorja u prerekwiżit għall-parteċipanti kollha li sejrin fuq mobilità tal-Erasmus+ jew tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għal studji, jew skemi ta' taħriġ jew volontarjat f'Pajjiż ta’ Programm ieħor, u li għandhom waħda mil-lingwi li ġejjin bħala l-lingwa ewlenija tat-tagħlim, tax-xogħol jew tal-volontarjat (għajr il-kelliema nattivi).
L-ewwel valutazzjoni tal-lingwa trid issir qabel il-perjodu ta’ mobilità u l-valutazzjoni finali tal-lingwa trid issir fi tmiem il-perjodu ta’ mobilità.
Għall-istudenti tal-edukazzjoni ogħla, din hija wkoll prerekwiżit għall-mobilità. L-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tista' tiddeċiedi tagħmilx il-pagament tal-aħħar parti tal-appoġġ finanzjarju soġġett għat-tlestija tal-valutazzjoni tal-lingwa finali OLS, fi tmiem il-mobilità. Dan għandu jiġi speċifikat fl-artiklu 6.3 tal-ftehim tal-għotja.