L-utenti kollha tal-kors fil-lingwa OLS għandhom aċċess bla limitu għat-tul ta’ żmien tal-perjodu ta’ mobilità tagħhom. Għaldaqstant, tista’ taqbad għal kemm sigħat tixtieq. Huwa possibbli wkoll li tara l-ħin li qattajt fuq il-pjattaforma billi tikklikkja fuq l-ikona tas-"Settings", fuq il-lemin tad-dashboard tal-kors fil-lingwa.
"Agħżel ""Progressjoni"" biex tara l-ammont ta' ħin li ddedikajt għat-tagħlim ta' lingwa bl-OLS.
Tista’ tniżżel ukoll Rekord tal-Parteċipazzjoni li jiddikjara kemm-il siegħa attendejt għall-kors fil-lingwa OLS."
L-Online Linguistic Support jirrikkmanda li tistudja tal-anqas sagħtejn fil-ġimgħa għall-kors fil-lingwa online.
Aktar ma tinvesti ħin u sforz, aktar ma timxi ’l quddiem. Nagħtuk parir ukoll li jkollok kuntatt ta’ kuljum mal-lingwa. Meta taqra artikli tal-gazzetti, tisma’ r-radju, tara t-TV bil-lingwa li trid titgħallem, tkun qed tgħin lilek innifsek biex tagħmel aktar progress.
Fi tmiem il-perjodu ta’ mobilità tiegħek, tirċievi wkoll rekord ta’ parteċipazzjoni fil-kors fil-lingwa OLS li tkun attendejt.
Għal studenti tal-Edukazzjoni Ogħla: l-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek tista’ wkoll tagħtik kretti ECTS għall-parteċipazzjoni attiva tiegħek fil-kors fil-lingwa OLS. Nistednuk tikkuntattja lill-istituzzjoni/organizzazzjoni mittenti tiegħek għal aktar informazzjoni.